L-iskema tal-ilma tal-vit (TW) hija amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, biex jitnaqqas l-użu ta’ kontenituri tal-plastik użati għall-ibbottiljar tal-ilma, permezz ta’ filtru/i tal-karbonju attivat. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għal użu fil-propjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.
Din l-inizjattiva ssegwi l-isforzi ta' armonizzazzjoni tal-kwalità tal-ilma mill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u tifforma parti mill-objettiv usa' tar-REWS li tħeġġeġ l-użu sostenibbli tal-ilma u tnaqqas id-dipendenza fuq l-ilma bbottiljat.
Filtri tal-Karbonju Attivat. Il-vawċer ikopri 100% tal-ispiża, sa massimu ta’ €100, u b’hekk ineħħi l-piż finanzjarju għall-familji fil-bżonn.
Il-familji eliġibbli ngħataw vawċer li seta’ jiġi mifdi ma’ bejjiegħ bl-imnut irreġistrat għax-xiri ta’ tagħmir ta’ filtrazzjoni approvat. Il-vawċer inħareġ lill-familji eliġibbli kollha mill-1 ta’ Lulju 2025 u ntbagħat bil-posta.
Dokumenti Meħtieġa
- Vawċer Oriġinali riċevut
- Kopja tal-Karta tal-Identità tal-benefiċjarju
Il-Proċess sabiex jissarraf il-vowċer:
Lista ta' bejjiegħa rreġistrati hija disponibbli fuq il-websajt tar-REWS u l-websajt tal-WAW. Il-lista ta' bejjiegħa rreġistrati tiġi aġġornata kif meħtieġ minn żmien għal żmien. https://waw.com.mt/voucher_scheme
Il-vawċers jibqgħu validi sat-30 ta' Ġunju 2026