Permezz ta’ din il-formola onlajn id-detenturi ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni u reġistrazzjoni nazzjonali ta’ prodotti mediċinali veterinarji jitolbu t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni tagħhom u jħallsu l-miżata applikabbli.
Din il-formola tintuża wkoll minn Detenturi ta' Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u Detenturi ta' Notifika ta' Prodotti Awtorizzati Ċentralment biex iħallsu l-miżata amministrattiva applikabbli għal Awtorizzazzjonijiet għat-Tqegħid fis-Suq u Notifiki ta' Prodotti Awtorizzati Ċentralment. Din mhix formola ta' tiġdid għal dawn il-prodotti peress li Marketing Authorisations (mhux awtorizzazzjonijiet nazzjonali, national authorisation) għandhom perjodu ta' validità indefinit.