Eżami ta’ kwalifikazzjoni għal applikazzjoni ta’ SLSE fl-assenza tal-pussess ta’ kwalifikazzjoni fil-livell ordinarju fil-lingwa Maltija, u/jew Lingwa Ingliża u/jew Matematika.
Eżami li jistgħu jagħmluh bħala parti mill-kwalifiki meħtieġa biex jingħataw permess sabiex japplikaw għal pożizzjoni ta’ Learning Support Educator Supplimentari (SLSE) fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
L-applikanti għandhom ikunu:
i. a. ċittadini ta’ Malta; jew
b. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni talUE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles talħaddiema; jew
c. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż b’leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
d. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
e. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt irregolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar ‘Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)’, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien malmembri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
f. fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika’.
Applikazzjoni Onlajn: Kandidati li għandhom kont tal-e-ID Malti jaċċessaw is-sit elettroniku http://www.myexams.gov.mt , idaħħlu d-dettalji tal-e-ID tagħhom u jagħżlu SLSE.
Timeline
[{"Id":"cb62bf0b-d6d3-ef11-8eea-0022489ad158","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":null,"AddressLine1":null,"AddressLine2":null,"AddressLine3":null,"AddressCity":null,"AddressPostalCode":null,"AddressCountry":null,"AddressTelephone":null,"AddressEmail":null,"Duration":null},{"Id":"d562bf0b-d6d3-ef11-8eea-0022489ad158","StageName":"Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":null,"AddressLine1":null,"AddressLine2":null,"AddressLine3":null,"AddressCity":null,"AddressPostalCode":null,"AddressCountry":null,"AddressTelephone":null,"AddressEmail":null,"Duration":null}]
Imejl
Telefown
Indirizz