Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija > Servizzi Edukattivi > Eżamijiet

Eżamijiet

  • Applikazzjoni għal ċertifikat proviżorju għall-eżamijiet ta' bordijiet barranin

    Applikazzjoni għal Ċertifikat Proviżorju għall-eżamijiet ta' bordijiet barranin. Kull meta jintilef ċertifikat, individwu li poġġa għal eżami f’Malta jew Għawdex, jista' jimla l-formola biex japplika għal Ċertifikat Proviżorju.
    Dan is-servizz japplika għall-bordijiet tal-eżamijiet li huma: Edexcel / Università ta' Londra; AQA (Assessment & Qualifications Alliance) / AEB (Associated Examining Board); Università ta' Oxford għas-snin bejn l-1964 u l-1999 u City & Guilds għas-snin bejn l-1968 u l-1995. Iċ-Ċertifikat jiġi pprovdut mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fi żmien 5 ijiem tax-xogħol, hekk kif nirċievu l-informazzjoni meħtieġa u korretta.
     

     

  • Applikazzjoni għal eżami ta’ kwalifikazzjoni ta’ Learning Support Educator Supplimentari (SLSE)

    Eżami ta’ kwalifikazzjoni għal applikazzjoni ta’ SLSE fl-assenza tal-pussess ta’ kwalifikazzjoni fil-livell ordinarju fil-lingwa Maltija, u/jew Lingwa Ingliża u/jew Matematika.

  • Applikazzjoni għas-SEPTT (Test ta’ Profiċjenza tal-Ingliż mitkellem għall-Għalliema)

    Huwa rekwiżit legali għall-għalliema li japplikaw għal permess ELT f’Malta biex jiksbu pass fit-Test tal-Profiċjenza tal-Ingliż Mitkellem għall-Għalliema (SEPTT).

    Is-SEPTT hija mfassla biex tiżgura livelli għoljin ta’ profiċjenza tal-Ingliż mitkellma fost il-prattikanti tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża (ELT) li jaħdmu f’varjetà ta’ kuntesti internazzjonali. 

    SEPTT tittestja l-kapaċità tal-kandidati li jużaw l-Ingliż mitkellem għal varjetà ta' funzjonijiet, inkluż li jikkonversaw, jispjegaw, jippreżentaw informazzjoni, u jagħtu struzzjonijiet u feedback f'kuntest speċifiku għall-ELT. SEPTT huwa maqsum fi tliet kompiti u ma jieħux aktar minn 15-il minuta.
  • Applikazzjonijiet għall-eżamijiet tal-AQA

    Dan is-servizz huwa maħsub għal dawk li jridu japplikaw għall- eżamijiet tal-AQA.

    L-eżamijiet tal-AQA jinkludu l-GCE (qabel magħruf bħala l-livell Avvanzat) biss.

  • Applikazzjonijiet għall-eżamijiet tal-Edexcel

    Dan is-servizz huwa maħsub għal dawk li jridu japplikaw għall- eżamijiet tal-Edexcel.

    L-eżamijiet tal-Edexcel jinkludu l-livell tal-IGCSE (qabel magħruf bħala Livell Ordinarju) u l-livell tal-IAL (qabel magħruf bħala Livell Avvanzat) biss.

  • Aqra Miegħi

    Il-programm bla ħlas huwa maħsub għal trabi u tfal żgħar sal-età ta’ 3 snin flimkien mal-ġenituri/kustodji tagħhom. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jkattar il-gost għall-qari fit-tfal minn età bikrija u jsaħħaħ fihom il-ħiliet lingwistiċi tagħhom, fejjieda għall-iżvilupp tagħhom. Dan il-programm jinvolvi l-qari animat ta’ kotba adattati għal tfal ta’ din l-età, il-kant ta’ taqbiliet u attivitajiet relatati mal-iżvilupp tat-tfulija bikrija. Is-sessjonijiet huma ta’ siegħa u jsiru bil-Malti u bl-Ingliż.
     
    Dan il-programm iseħħ f’aktar minn 50 post differenti li jvarjaw minn skejjel, libreriji pubbliċi, kunsilli lokali, swali parrokkjali u spazji pubbliċi f’Malta u f’Għawdex. Dan il-programm huwa parzjalment sponsorjat mill-Bank of Valletta.
  • Eżamijiet tal-MATSEC

    Il-MATSEC joffri l-eżamijiet fil-livelli ĊES, Avvanzat u Intermedju.  

    L-ewwel sessjoni ssir bejn Marzu u Ġunju, u s-sessjoni Supplimentari/it-Tieni Sessjoni ssir f’Settembru.

  • Skolasajf

    SkolaSajf toffri opportunità lit-tfal ta' bejn it-3 snin u s-16-il sena li waqt ix-xhur tas-Sajf jattendu programm strutturat ta’ attivitajiet li huma xprunati mill-iskop li huma jitgħallmu waqt li jieħdu pjaċir. L-attivitajiet huma addattati għal etajiet differenti u jinkludu dawk kulturali, artistiċi, u sportivi, u anke ħarġiet.

    Skolasajf din is-sena għandha t-tema ‘Life is My Adventure!’

    Is-servizz huwa offrut f'diversi ċentri madwar Malta u Għawdex, inkluż fir-Resource Centers. Hemm miżata ta' reġistrazzjoni ta' €25 għal kull tifel/tifla. Din is-sena hemm il-possiblita li l-extended hours jitħalsu ukoll online. Wieħed jista jixtri pakkett ta siegħat bir-rata ta 80c fis-siegħa.

  • 1
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026