Ħarsa ġenerali​

Il-MATSEC joffri l-eżamijiet fil-livelli ĊES, Avvanzat u Intermedju.  

L-ewwel sessjoni ssir bejn Marzu u Ġunju, u s-sessjoni Supplimentari/it-Tieni Sessjoni ssir f’Settembru.

​X’ser​ tingħata

Eżamijiet li jwassluk għal kwalifika
Aghfas hawn biex tara l-ħlas dovut relatat mal-eżamijiet.
 

Eliġibbiltà​​

Kandidati li lestew l-istudji tagħhom fil-ħames sena sekondarja jew għalqu sittax -il sena sal-31 ta’ Diċembru tal-istess sena taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jirreġistraw għall-eżamijiet.

Kif tapplika​

Applika billi timla formola onlajn bl-E-ID.
Id-dati tar-reġistrazzjonijiet għas-sessjoni Supplimentari/it-Tieni sessjoni li jmiss, huma mill-20 ta' Lulju sal-24 ta’ Lulju 2026.


Għal aktar informazzjoni rreferi għas-sit tal-MATSEC 
https://www.um.edu.mt/matsec/

applika