L-istudenti bi bżonnijiet individwali li qegħdin fil-Year 11 flimkien mal-familji tagħhom jistgħu jiġu megħjuna minn dan is-servizz. Il-koordinatur jiggwidahom sabiex jagħmlu l-għażla t-tajba għall-opportunitajiet post-sekondarji jew għax-xogħol. Il-koordinatur jattendi għal-laqgħat individwali tal-istudent, jippjana pjanijiet t’azzjoni, jorganizza żjajjar ta’ orjentazzjoni sabiex issir l-aħjar għażla possibbli ta’ edukazzjoni/opportunitajiet ta’ xogħol lill-istudent flimkien mal-ġenituri.
Studenti tal-iskola sekondarja li jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz jinkludu dawk li:
- huma fis-Sena 10 jew Sena 11;
- ikollhom dikjarazzjoni tal-bżonnijiet u jkollhom l-appoġġ ta’ Learning Support Educator (LSE);
- għandhom diffikultajiet fit-tagħlim u/jew bżonnijiet addizzjonali;
- ikollhom arranġamenti ta’ aċċess.
Is-servizz huwa offrut mill-NSSS permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.