Ħarsa ġenerali​

Dawn l-għalliema għandhom taħriġ partikulari u għarfien tal-iżvilupp u l-edukazzjoni ta’ studenti b’nuqqasijet fis-smigħ.  Is-servizz joffri għajnuna kontinwa/fit-tul lill-istudenti, lill-familji tagħhom u lill-iskejjel minn trabi sa Year 11, kemm fid-dar kif ukoll fl-iskola. Huma jgħinu fil-bżonnijiet kurikulari, jagħtu pariri dwar l-użu tat-teknoloġiji assistivi, dwar l-akustika fil-klassi, jassistu fl-assessjar tal-istudent. Għalliema għal studenti neqsin mis-smigħ jgħinu fl-ippjanar ta’ programmi individwali u jiddiskutu arranġamenti waqt l-eżamijiet kif ukoll jaġixxu ta’ komunikaturi waqt eżamijiet fl-iskola u dawk nazzjonali.

​X’ser​ tingħata

Pariri u sapport lill-ġenituri, edukaturi u professjonisti oħrajn billi jaħdmu mal-istudenti fuq il-ħtiġijiet tagħhom u r-riżorsi disponibbli għalihom; ippjanar u sessjoni/jiet individwalment/fil-klassi skont il-ħtiġijiet tal-istudent; parteċipazzjoni f’sessjonijiet tal-IEP, sessjonijiet ta’ analizzar u tranżizzjoni.

Eliġibbiltà​​

Trabi sa studenti tal-Form 5.

Kif tapplika​

Is-servizz huwa offrut mill-NSSS permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.
applika