Servizz.gov jiffaċilita l-aġġornament tal-indirizzi flimkien ma’dettalji oħra mad-dipartimenti msemmija hawn taħt.
Id-dipartiment governattivi huwa dawn:
Taxxa
VAT
Jobsplus
Sigurta’ Soċjali
Wieħed jkun jista jaġġorna l-indirizz flimkien ma dettalji oħra.
Kullħadd jista jagħmel użu minn dan is-servizz.
Il-proċess ta’aġġornar tal-indirizz tiegħek ivvarja minn dipartiment għal ieħor. Ġentilment mitlub tirreferi għal din lista.
Taxxa:
Ċittadini Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropeja, jew ċittadini minn Liechtenstein, l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera:
Imla l-formola tal-bidla tal-indirizz u indika l-isem sħiħ, in-numru tat-taxxa, l-indirizz antik u l-indirizz il-ġdid tiegħek, u ibgħat il-formola bl-email lil [email protected] jew bil-posta f'dan l-indirizz:
Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa
Blokk 4, Triq Vincenzo Dimech,
Floriana FRN 1900
Imla l-formola tal-bidla tal-indirizz. Peress li min iħaddmek huwa r-rappreżentant tat-taxxa tiegħek, ser ikollok bżonn tipprovdi wkoll l-indirizz tal-kumpanija ta' min iħaddmek, fil-qiegħ tal-formola.
Din l-informazzjoni tista' tintbagħat permezz ta' email fuq [email protected] jew bil-posta fuq l-indirizz:
Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa
Blokk 4, Triq Vincenzo Dimech,
Floriana FRN 1900
Sabiex taġġorna l-indirizz mad-dipartiment tal-VAT, inti ġentilment mitlub timla din il-formola online, billi tgħafas hawn.
Sabiex taġġorna l-indirizz mad-dipartiment tas-Sigurta Socjali, inti ġentilment mitlub timla din il-formola online, billi tgħafas hawn jew żżur miċ-ċentri reġjonali tagħna bil- karta tal-identità.