Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Identità, Ċittadinanza u Immigrazzjoni


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Identità, Ċittadinanza u Immigrazzjoni > Identità Nazzjonali > Immaniġġjar tal-Identità

Immaniġġjar tal-Identità

  • Ftehim dwar is-Servizzi tal-Organizzazzjoni

    Entitajiet li jixtiequ jużaw il-portal onlajn sabiex jissottomettu applikazzjonijiet għal ħruġ ta’ Single Permit u huma reġistrati mal-Malta Business Registry (MBR) u l-Jobsplus, huma mitluba li jissottomettu l-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Organizzazzjoni flimkien mar-Riżoluzzjoni jew l-Estratt mill-Minuti tal-Bord.

  • Karta tal-Identità għal Ċittadini Maltin

    Applikazzjoni biex tinħareġ Karta tal-Identità Maltija għal Ċittadini Maltin.

  • Notifika ta’ mewt, reġistrazzjoni u rikonoxximent

    Notifika ta’ mewt tista’ ssir billi wieħed iżur l-Uffiċini tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida, binja Onda, fi Triq Aldo Moro, il-Marsa f’każ ta’ mewt f’Malta u fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, 132, Livell 2, Triq George Borg Olivier, Victoria, jekk il-mewt seħħet f’Għawdex, online billi wieħed iżur is-sit elettroniku tal-Aġenzija Identità https://identita.gov.mt jew bil-posta billi jibgħat email fuq [email protected]. għal Malta jew [email protected] għal Għawdex. . 

     

    L-uffiċjal  tar-Reġistru Pubbliku se jassisti lil min jagħmel in-notifika biex jimla l-“Formola tad-Dikjarazzjoni tan-Notifika tal-mewt”. Ma jintalab l-ebda ħlas għan-notifika tal-mewt. 

     

    Għal aktar informazzjoni żur https://notifications.identita.gov.mt/

  • Notifika ta’ twelid, reġistrazzjoni u rikonoxximent

    Notifika ta’ twelid tista’ ssir billi wieħed iżur l-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida, Binja Onda, fi Triq Aldo Moro, il-Marsa f’każ li t-twelid ikun seħħ  f’Malta u fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, 132, Livell 2, Triq George Borg Olivier, Victoria,  jekk it-twelid ikun seħħ f’Għawdex, online billi wieħed iżur is-sit elettroniku tal-Aġenzija Identità https://identita.gov.mt  jew bil-posta billi jibgħat email fuq [email protected]. għal Malta jew [email protected] għal Għawdex. 


    L-Uffiċjal tar-Reġistru Pubbliku se jassisti lill-ġenitur/i biex timtela l -“Formola tad-Dikjarazzjoni tan-Notifika tat-twelid”. Il-ġenitur/i ta’ tarbija huwa/huma obbligati li jinnotifikaw it-twelid fi żmien ħmistax-il (15) jum mit-twelid. 

     

    L-ispiża ta’ notifika tat-twelid hija ta’ €2.60. 


    Għal aktar informazzjoni żur https://notifications.identita.gov.mt/
     

  • Reġistrazzjoni għall-Kont Virtwali tal-eID

    Il-Kont virtwali tal-eID jew l-identità elettronika hija mekkaniżmu ta’ awtentikazzjoni sikura għar-residenti li tintuża biex jidentifikaw lilhom infushom biex b’hekk ikunu jistgħu jaċċessaw servizzi elettroniċi offruti mill-Gvern.

  • Riżoluzzjoni tal-Organizzazzjoni/Estratt mill-Minuti tal-Bord

    Entitajiet li jixtiequ jużaw il-portal onlajn sabiex jissottomettu applikazzjonijiet għas-Single Permit u huma reġistrati mal-Malta Business Registry (MBR) u l-Jobsplus, huma mitluba li jissottomettu ir- Riżoluzzjoni jew l-Estratt mill-Minuti tal-Bord flimkien mal-Ftehim dwar is-Servizzi ta’ Organizzazzjoni. 

  • Tibdil fl-Indirizz

    Servizz.gov jiffaċilita l-aġġornament tal-indirizzi flimkien ma’dettalji oħra mad-dipartimenti msemmija hawn taħt.

    Id-dipartiment governattivi huwa dawn:

    • Taxxa

    • VAT

    • Jobsplus

    • Sigurta’ Soċjali

  • 1
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026