Ħarsa ġenerali​

Entitajiet li jixtiequ jużaw il-portal onlajn sabiex jissottomettu applikazzjonijiet għal ħruġ ta’ Single Permit u huma reġistrati mal-Malta Business Registry (MBR) u l-Jobsplus, huma mitluba li jissottomettu l-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Organizzazzjoni flimkien mar-Riżoluzzjoni jew l-Estratt mill-Minuti tal-Bord.

​X’ser​ tingħata

Portal onlajn ser jinħoloq f’isem l-entità u li jista’ jiġi aċċessat mill-utenti awtorizzati billi jużaw l-e-id personali tagħhom.

Eliġibbiltà​​

Kull min iħaddem u li huwa reġistrat mal-MBR u l-Jobsplus.

Kif tapplika​

L-utent awtorizzat, jiġifieri l-Amministratur tal-Portall, huwa mitlub li jaċċessa s-sit elettroniku singlepermit.gov.mt billi juża l-e-id personali u jissottometti d-dokumenti mitluba.

applika