Ħarsa ġenerali​

Il-Kont virtwali tal-eID jew l-identità elettronika hija mekkaniżmu ta’ awtentikazzjoni sikura għar-residenti li tintuża biex jidentifikaw lilhom infushom biex b’hekk ikunu jistgħu jaċċessaw servizzi elettroniċi offruti mill-Gvern.

​X’ser​ tingħata

Kont tal-eID.

Eliġibbiltà​​

Kull Ċittadin Malti u min għandu Permess ta’ Residenza li għandhom 14-il sena u aktar.

Kif tapplika​

Tista’ tapplika billi żżur wieħed mill-uffiċċji tas-Servizz.gov. 


Tista’ wkoll tapplika billi timla s-sezzjoni tal-eID fil-formola  ID10/ID10a meta żżur it-Taqsima tal-Karta tal-Identità, Gattard House, il-Blata l-Bajda jew iżżur it-Taqsima tal-Karta tal-Identità f’The Tower, l-Ewwel sular, Triq Fortunato Mizzi, Rabat, Għawdex waqt il-ħinijiet tal-ftuħ:


Tnejn sal-Ġimgħa – 07.30 am sa 14.00 pm


l-Erbgħa – 15.00pm sa 18.00pm


Is-Sibt – 07.30am sa 11.00am


Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 25904300 jew tibgħat email fuq [email protected]