Ħarsa ġenerali​

Entitajiet li jixtiequ jużaw il-portal onlajn sabiex jissottomettu applikazzjonijiet għas-Single Permit u huma reġistrati mal-Malta Business Registry (MBR) u l-Jobsplus, huma mitluba li jissottomettu ir- Riżoluzzjoni jew l-Estratt mill-Minuti tal-Bord flimkien mal-Ftehim dwar is-Servizzi ta’ Organizzazzjoni. 

​X’ser​ tingħata

Portal onlajn ser jinħoloq f’isem l-entità u li jista’ jiġi aċċessat mill-utenti awtorizzati billi jużaw l-e-id personali.

Eliġibbiltà​​

Kull min iħaddem u li huwa reġistrat mal-MBR u l-Jobsplus.

Kif tapplika​

L-utent awtorizzat, jiġifieri l-Amministratur tal-Portall, huwa mitlub li jaċċessa s-sit singlepermit.gov.mt billi juża l-e-ID personali, u jissottometti d-dokumenti mitluba.

applika