Ħarsa ġenerali​

Applikazzjoni biex tinħareġ Karta tal-Identità Maltija għal Ċittadini Maltin.

​X’ser​ tingħata

Karta tal-Identità Maltija. L-applikant jista’ japplika wkoll għall-Kont tal-eID billi jimla Sezzjoni Ċ minn fuq l-applikazzjoni ID10 jew Sezzjoni B minn fuq l-applikazzjoni ID10a.

Eliġibbiltà​​

Il-persuni kollha li għandhom 'il fuq minn 14-il sena.

Kif tapplika​

Żur it-Taqsima tal-Karta tal-Identità f’Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda jew  The Tower, l-ewwel sular, Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex waqt il-ħinijiet tal-ftuħ:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa – 7.30 am sa 2.00 pm

L-Erbgħa wara nofsinhar – 3.00 pm sa 6.00 pm

Sibt – 7.00 am sa 11.00 am

Il-formola tista’ timtela online u tintbagħat elettronikament. Tintbagħat irċevuta b’imejl u l-applikant juriha meta jżur l-uffiċċju tal-Karta tal-Identità.

Sabiex tapplika għall-Kont tal-eID, l-applikant għandu bżonn indirizz tal-imejl personali
 

applika