Ħarsa ġenerali​

It-Taqsima tar-Riċerki tipprovdi riċerki dwar individwi u kumpaniji vis-à-vis trasferiment ta’ proprjetà immobbli. Hemm tliet tipi ta’ riċerka li wieħed jista’ jordna: Normali, Fast-track u Riċerka Testamentarja u dawn jipprovdu dokumenti msejħa Noti msejsa fuq il-kuntratt jew l-Att.
Fost dawn in-noti nsibu:

  • Insinwi li jinkludu noti relatati ma’ kuntratti ta’ xiri/bejgħ ta’ proprjetà, donazzjonijiet, causa mortis eċċ. minn individwi jew kumpaniji;
  • Ipoteki li juru jekk l-individwu jew il-kumpanija jkollux xi obbligazzjonijiet bħal self jew djun;
  • Fidi relatati ma’ fidi ta’ ċnus.
     

Ir-riċerka tipprovdi riżultati dejjem jekk il-proprjetà tkun inkisbet b’att pubbliku li jkun insinwat fir-Reġistru Pubbliku. 
 

​X’ser​ tingħata

Riċerka Uffiċjali (fast-track) dwar individwi jew kumpaniji.

Eliġibbiltà​​

Kull min jixtieq jordna riċerka fast-track fuq individwu/kumpanija jista’ jagħmel dan.

Kif tapplika​

Agħfas fuq il-ħolqa u segwi l-passi li jwasslu biex tkun ordnata r-riċerka.

applika