Ħarsa ġenerali​

Il-grawnd tat-Tennis ta’ Kerċem tinsab fir-raħal pittoresk ta’ Kerċem. Isservi bħala faċilità rikreattiva kemm għan-nies tal-lokal kif ukoll għall-viżitaturi, u toffri lill-partitarji tat-tennis l-opportunità jilagħbu l-isport f’ambjent seren u pjaċevoli. Il-grawnd jipprovdi spazju sigur u divertenti għal plejers ta’ kull livell ta’ ħiliet. 

​X’ser​ tingħata

Int tista':
- Issir membru biex tuża il-grawnd tat-Tennis ta’ Kerċem
- Tibbukkja l-grawnd tat-Tennis ta’ Kerċem
 

Eliġibbiltà​​

Applikazzjonijiet biex tissieħeb membru huma miftuħa għal persuni 'l fuq minn 18-il sena. Persuni taħt din l-età jridu jkunu akkumpanjati minn persuna adulta.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.

applika