Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Kultura u Mistrieħ


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Kultura u Mistrieħ > Mistrieħ > Sport

Sport

  • Booking għal Faċilità SportMalta

    Programmi offruti minn SportMalta jingħataw prinċipalment fil-faċilitajiet immexxija minn SportMalta, eż. Marsa Sports Complex, Tal-Qroqq Sports Complex, Kirkop Sports Complex u Cottonera Sports Complex. Dawn il-faċilitajiet huma użati primarjament għall-programmi ta' SportMalta flimkien ma' kull tournament internazzjonali.

  • Let’s Move Malta

    Let’s Move Malta hija kampanja nazzjonali li tippromwovi l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà, bil-għan li tħeġġeġ lil kulħadd biex ikun aktar attiv. Il-kampanja tintroduċi firxa wiesgħa ta’ inizjattivi maħsuba għal etajiet u livelli ta’ abilità differenti.

    Aħna żidna u tejjebna s-sessjonijiet ta’ Sport Fundamentals, li issa jdumu 90 minuta biex l-istudenti jingħataw aktar ħin biex jiżviluppaw il-ħiliet u l-kunfidenza tagħhom.


    Il-Programm għall-Adulti wkoll ġie estiż u joffri firxa usa’ ta’ sessjonijiet bħalma huma Zero to 5km Running, Aqua Fitness, Yoga, Fitness Training, Dance Fitness, u ħafna 
    oħrajn.

    Inizjattivi ġodda jinkludu:

    • Programm Ġenitur u Tifel/Tifla (età 2.5 - 3 snin): Il-ġenituri jipparteċipaw b’mod 
    attiv waqt li t-tfal jitgħallmu ħiliet motoriċi bażiċi permezz ta’ coaching strutturat.

    • Programm Teen Adventure (età 12 - 16-il sena): Esperjenza unika li tgħaqqad l-isport, ix-xogħol f’tim u l-iżvilupp ta’ ħiliet għall-ħajja.

    • SportMalta Hubs - B’kollaborazzjoni ma’ assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi, SportMalta Hubs se jaħdmu biex jagħmlu l-isport aktar inklużiv u aċċessibbli, filwaqt li jiggwidaw lill-parteċipanti biex jingħaqdu ma’ klabbs u jmexxu 'l quddiem il-progress sportivi tagħhom.

     

    Sib il-links għal programmi Maltin u Għawdxin hawn taħt:

     

    Malta: Leaflet Lets Move Summer 2026.pdf - Google Drive

    Għawdex: Leaflet Lets Move Malta 2026 Gozo.pdf - Google Drive
  • Membru tal-Grawnd tat-Tennis ta’ Kerċem

    Il-grawnd tat-Tennis ta’ Kerċem tinsab fir-raħal pittoresk ta’ Kerċem. Isservi bħala faċilità rikreattiva kemm għan-nies tal-lokal kif ukoll għall-viżitaturi, u toffri lill-partitarji tat-tennis l-opportunità jilagħbu l-isport f’ambjent seren u pjaċevoli. Il-grawnd jipprovdi spazju sigur u divertenti għal plejers ta’ kull livell ta’ ħiliet. 

  • 1
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026