Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Kultura u Mistrieħ


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Kultura u Mistrieħ > Mistrieħ > Turiżmu

Turiżmu

  • Reġistrazzjoni ta' Operatur fi Stabbiliment Turistiku

    Min għandu l-liċenzja ta' bar jew restorant jista' jagħżel li jiddelega l-attivitajiet attwali lil persuna oħra, kemm-il darba min għandu l-liċenzja jagħti l-kunsens tiegħu/tagħha u jirreġistraha.

    Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

  • Skema għall-Promozzjoni tas-Swieq Niche tat-Turizmu ta’ Għawdex

    Din l-iskema tippromwovi u tqanqal investiment f’niċeċ partikolari tas-suq, l-aktar permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika. Din l-iskema se tappoġġja prinċipalment il-promozzjoni ta’ dawn in-niċeċ turistiċi tas-suq:

    • Snajja' u Prodotti Artiġjanali

    • Turiżmu ffukat fuq l-isports u l- avventuri, inkluż l-għadis

    • Għawdex bħala destinazzjoni għat-tiġijiet

    • Speċjalitajiet lokali u gastronomija

    • Għawdex bħala destinazzjoni għas-saħħa u l-benesseri

    • Ospitalita’ t’attivitajiet tal-MICE f'Għawdex (Laqgħat, Inċentivi, Konferenzi u Avvenimenti)

    • Turiżmu Reliġjuż

    Id-Direttorat ma jeskludix niċeċ oħrajn tas-suq li mhumiex elenkati hawn fuq, dan skont il-kontribuzzjoni potenzjali tas-segment għal turiżmu kwalitattiv u sostenibbli.

    Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-website tal-Ministeru għal Għawdex billi tagħfas fuq dan il-link:
    ghawdex.gov.mt

  • Trasferiment ta' Liċenzja għal Attività fit-Turiżmu

    Operaturi tat-turiżmu li jittrasferixxu n-negozju tagħhom ikollhom bżonn ukoll li jittrasferixxu l-liċenzja tagħhom.

    Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

  • Żvilupp ta' Akkomodazzjoni Turistika

    Kull żvilupp ta' akkomodazzjoni kollettiva jkollu bżonn ta' liċenzja mill-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta. Akkomodazzjoni kollettiva normalment tfisser stabbiliment ta' akkomodazzjoni li jipprovdi kamra jew struttura oħra fejn joqgħod wieħed li jivvjaġġa, imma n-numru ta' postijiet li jkun hemm għandu jkun akbar mill-minimu għall-gruppi ta' persuni li jaqbżu in-numru ta' membri ta' familja waħda.

    B'żieda ma' dan, il-postijiet kollha fl-istabbiliment għandhom ikunu taħt tmexxija komuni ta' tip kummerċjali, ukoll jekk ma tkunx għall-profitt.

    Akkomodazzjoni kollettiva tinkludi lukandi u stabbilimenti oħra għall-akkomodazzjoni tat-tip ta' lukanda bħal apart-hotels, appartamenti bis-servizz, hostels, guest houses, boutique hotels, villaġġi turistiċi u stabbilimenti simili oħra kif tgħid l-Awtorità.

    Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

  • 1
  • 2
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026