Ħarsa ġenerali​

Bl-iskop li nkomplu nsaħħu l-Karnival f’Għawdex bħala attività kulturali li tiġbed udjenza minn Għawdex, Malta u barra minn xtutna, u għalhekk anke tagħti kontribut ekonomiku lil Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed iniedi skema li permezz tagħha għandu l-intenzjoni li jassisti lil individwi/organizzazzjonijiet biex jikru fond li jkun jista’ jintuża sabiex fih jinbnew il-karrijiet jew maskri grotteski għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2027.

​X’ser​ tingħata

Kull applikant jista’ jingħata sa massimu ta’ ħamsa u għoxrin elf ewro (€25,000.00) fis-sena għal kiri ta' fond li jkun se jintuża għall-bini tal-karrijiet Konkors Numru 15 u Konkors Numru 16, u sa massimu ta’ għaxart elef ewro (€10,000.00) fis-sena, għal kiri ta' fond li jkun se jintuża għal bini ta' maskri grotteski u karrijiet żgħar Konkors Numru 14.

Eliġibbiltà​​

Dikjarazzjoni mis-sid tal-fond li l-bini huwa disponibbli għall-kera;

 

Dikjarazzjoni li l-bini tal-karrijiet jew maskri grotteski ser ikun skont ir-regolamenti għall-Karnival, hekk kif maħruġa mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, liema regolamenti huma mehmuża fl-ANNESSI;
 

Dikjarazzjoni li xogħol li ser jsir f’dan il-fond ikun relatat ma’ bini tal-karrijiet jew maskri grotteski tal-karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2027 BISS;
 

Dikjarazzjoni li l-post mikri mhux ser jintuża bħala maħżen għal oġġetti mhux relatati mal-karnival;
 

Dikjarazzjoni mis-sid tal-fond li l-bini huwa disponibbli għall-kera. Huwa wkoll rekwiżit li l-fond li se jinkera jkun f’Għawdex;
 

Kopji tal-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar, inkluż kopji tal-aħħar pjanti tal-fond approvati u stampati mill-Awtorità tal-Ippjanar. Dawn il-kopji jridu jiġu ffirmati u ttimbrati b’data riċenti minn Perit;

Ċertifikat minn individwu kompetenti rreġistrat mal-OHSA li l-fond hu konformi mal-liġijiet tal-Health & Safety;
 

Ritratt tal-intern tal-fond li ser jinkera; ritratt tal-faċċata; ritratt tat-triq;
 

Prova li l-fond hu konformi bis-sħiħ mal-Liġijiet tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u kwalunkwe regolament ieħor applikabbli. Għaldaqstant il-persuna li tiċċertifika dan il-fond irid ikun reġistrat mal-OHSA;
 

Jekk l-applikant ikun NGO, prova b' ċertifikat li tali NGO hija konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti tal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji u l-leġiżlazzjoni sussidjarja tagħha 492.01.

Kif tapplika​

L-applikazzjoni trid ssir online fi żmien stipulat fuq is-sit elettroniku: https://gozo.gov.mt/ 

applika