Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Pulizija, Ġustizzja u Difiża


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Pulizija, Ġustizzja u Difiża > Ġustizzja > Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

  • Buy Sustainable Property Scheme

    L-Iskema Buy Sustainable Property hija mfassla għal individwi li jfittxu għajnuna finanzjarja għal dawk li xtraw jew se jixtru dar ta’ proprjetà effiċjenti fl-enerġija.

    Għandha l-għan li tippromwovi akkomodazzjoni sostenibbli billi tqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji ta’ bini effiċjenti fl-enerġija, bħal konsum mnaqqas ta’ enerġija u iffrankar ta’ spejjeż fit-tul, filwaqt li jinkoraġġixxi prattiki ta’ bini aktar ekoloġiċi madwar Malta u Għawdex.

  • Ċertifikat tal-Kondotta ta' Malta

    Ċittadini Maltin jistgħu jiksbu ċertifikat tal-kondotta billi 

     

    • jimlew il-formola elettronika jew 

    • imorru personalment fl-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali,18 Triq is-Suq, Floriana.  Meta jmorru jiġbruha, l-applikanti jridu jippreżentaw personalment dokument validu ta' identifikazzjoni bħalma hu passaport validu jew karta tal-identità valida.
       

    Fil-każi fejn l-applikant mhuwiex f'pożizzjoni biex jiġbor iċ-ċertifikat personalment minħabba kundizzjonijiet ta' saħħa, tista' tiġi ppreżentata ittra ffirmata kif inhu xieraq mill-applikant li tawtorizza lit-terza persuna u li għandha tinkludi: 
     
    • l-indirizz tar-residenza tal-persuna li tkun se tiġbor iċ-ċertifikat
    • ir-raġuni għaliex l-applikant ma setax jiġbor iċ-ċertifikat
    • rapport mediku
    • kopja tal-karta tal-identità tal-applikant u 
    • karta tal-identità ta' min se jiġbor iċ-ċertifika
       
    Għal applikanti Maltin li qed jgħixu barra minn Malta, għandha tiġi ppreżentata ittra mill-applikant lit-terza persuna li tawtorizzaha u li għandha tinkludi: 
     
    • l-indirizz tar-residenza barra minn Malta tal-applikant 
    • in-numru tal-karta tal-identità tal-persuna awtorizzata
    • Hemm bżonn ukoll li tintwera kopja tal-passaport tal-applikant u
    • il-karta tal-identità tal-persuna awtorizzata biex tiġbor iċ-ċertifikat tal-kondotta tal-applikant.
  • Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità

    Ċittadini ta' Malta jew ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u persuni abitwalment residenti f'Malta huma intitolati li jagħmlu talba għal kumpens għal ħsara li jkunu sofrew mill-kriminalità sakemm din il-ħsara tkun soġġetta għal proċedimenti kriminali jew irrapportata lill-Pulizija mingħajr telf ta' żmien.
  • 1
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026