Ħarsa ġenerali​

L-Iskema Buy Sustainable Property hija mfassla għal individwi li jfittxu għajnuna finanzjarja għal dawk li xtraw jew se jixtru dar ta’ proprjetà effiċjenti fl-enerġija.

Għandha l-għan li tippromwovi akkomodazzjoni sostenibbli billi tqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji ta’ bini effiċjenti fl-enerġija, bħal konsum mnaqqas ta’ enerġija u iffrankar ta’ spejjeż fit-tul, filwaqt li jinkoraġġixxi prattiki ta’ bini aktar ekoloġiċi madwar Malta u Għawdex.

​X’ser​ tingħata

L-iskema toffri sa €4,500 jew sa €9,000 fuq tliet snin, skont il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-proprjetà. L-għotja se titqassam fuq tliet snin.

Eliġibbiltà​​

Kwalunkwe applikanti li huma Ċittadini Maltin u ċittadini tal-UE, li xtraw jew se jixtru dar ta' proprjetà effiċjenti fl-enerġija, li għandhom kuntratt iffirmat mill-1 ta' Ottubru 2025 'il quddiem.
Iċ-Ċittadini tal-UE għandhom jissodisfaw il-kriterji maħruġa minn kwalunkwe Awtorità u/jew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fil-każ ta’ koppji miżżewġin/żewġ persuni li jkunu daħlu f’Unjoni Ċivili u li mhumiex separati legalment, parti waħda trid tkun Ċittadina Maltija jew Ċittadina tal-UE.

Kif tapplika​

Persuna li tikkwalifika taħt din l-Iskema għandha tissottometti applikazzjoni fuq il-formola online preskritta. L-applikazzjoni trid tiġi sottomessa wara l-iffirmar tal-att. Madankollu, l-Awtorità żżomm id-dritt li tagħlaq l-iskema meta jidhrilha li huwa xieraq.

 

Dokumenti meħtieġa:

 

•    Klassifikazzjoni tal-Assi EPC
•    Kopja tal-Akkwist iffirmat mill-1 ta' Ottubru 2025 'il quddiem
•    Kopja tal-karta tal-identità tal-benefiċjarju minn quddiem u wara/ Passaport/ Permess tar- Residenza
 

applika