Revoka ta’ prokuri ta’ tip ġenerali bejn persuni fiżiċi u/jew Revoka ta’ Prokuri Speċjali bejn Persuni rigward Trasferiment ta’ Propjeta’ Immobbli biss
Prokura ġenerali jew speċjali tista' tiġi revokata biss online. L-applikanti jistgħu jew jirrevokaw prokura ġenerali/speċjali speċifika billi jehmżuha u jissottomettuha mal-formola online JEW jiddeċiedu li jirrevokaw il-prokuri ġenerali/speċjali kollha mogħtija minnhom sa dakinhar. L-applikazzjonijiet sottomessi online jiġu pproċessati matul il-ħinijiet tax-xogħol tal-Uffiċċju sa mhux aktar tard mit-15:00. Għal kull applikazzjoni sottomessa jkun meħtieġ ħlas ta' €50,(Jekk timmarka waħda mill-kaxex biex tirrevoka prokura ġenerali jew prokura speċjali) jew ħlas ta’ €100 (Jekk timmarka ż-żewġ kaxex sabiex tirrevoka kemm prokuri ġenerali kif ukoll prokuri speċjali) liema ħlas jiġi rimborżat fi żmien 10 ijiem f'każ ta' rifjut tal-applikazzjoni. Madankollu, l-applikanti għandhom jinnotaw li, anke meta jkun hemm rifużjonijiet pendenti fir-rigward tagħhom, kwalunkwe applikazzjoni ġdida min-naħa tagħhom xorta tkun teħtieġ ħlas ta' €50 (jew €100 skont il-każ).
Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata, l-applikant, flimkien man-nutara, banek lokali u entitajiet oħrajn interessati kollha jiġu nnotifikati awtomatikament bl-email. Jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, l-applikant jiġi nnotifikat bir-riżultat permezz ta' email li tiddikjara wkoll ir-raġuni/jiet għar-rifjut.
Serħan tal-moħħ li l-prokura tiegħek mhux se tintuża mill-persuna li ngħatat il-prokura peress li n-nutara u l-banek jiġu nnotifikati minnufih li l-prokura ġiet revokata u jkollhom ukoll aċċess online biex jivverifikaw ir-revoka.
Revoka ta’ prokuri ta’ tip ġenerali bejn persuni fiżiċi
Kull persuna li tkun iffirmat prokura li tawtorizza persuna oħra jew persuni oħrajn li jaġixxu f'isimhom tista’ tirrevoka tali prokura. Iżda, prokuri li jinvolvu kumpaniji mhumiex eliġibbli għal revoka permezz ta' din il-proċedura.
Revoka ta’ Prokuri Speċjali bejn Persuni rigward Trasferiment ta’ Propjeta’ Immobbli biss
Kull persuna li tkun iffirmat prokura li tawtorizza persuna oħra jew persuni oħrajn li jaġixxu f'isimhom tista’ tirrevoka tali prokura. Il-persuna li ngħatat prokura tista' wkoll tirrevoka l-prokura. Iżda prokuri li jinvolvu kumpaniji mhumiex eliġibbli għal revoka permezz ta' din il-proċedura.
Imla l-formola u ibgħatha online.
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi online mill-applikanti personalment. Kwalunkwe professjonist legali jista’ ukoll jiġi delegat minn applikant biex jissottometti applikazzjoni online f'isem l-istess applikant.
Huwa importanti li d-dettalji kollha mitluba fil-formola għandhom jiġu mdaħħla b’mod korrett, u li l-affarijiet mehmuża kollha (jekk hemm) għandhom ikunu ċari u faċli biex jinqraw.
Timeline
[{"Id":"5b82225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni tal-Applikazzjoni Online","StageNumber":1,"AddressName":null,"AddressLine1":"2","AddressLine2":"Mikiel Anton Vassalli Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"VALLETTA [Il-Belt Valletta (Ċittà Umilissima)]","AddressPostalCode":"VLT 1310","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"22479800","AddressEmail":"
[email protected]","Duration":null},{"Id":"79d93950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Twassil tas-Servizz (Approvazzjoni / Rifjut tal-Applikazzjoni)","StageNumber":2,"AddressName":null,"AddressLine1":"2","AddressLine2":"Mikiel Anton Vassalli Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"VALLETTA [Il-Belt Valletta (Ċittà Umilissima)]","AddressPostalCode":"VLT 1310","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"22479800","AddressEmail":"
[email protected]","Duration":"Ġurnata"}]
Imejl
Telefown
Indirizz