Din il-proċedura ta' awtorizzazzjoni qed tiġi applikata prinċipalment biex tkopri l-bżonn tas-saħħa pubblika li nħoloq bin-nuqqas ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet biex jitqiegħdu fis-suq prodotti li kienu fuq il-lista ta' derogi u għal prodotti li kienu awtorizzati fil-perjodu bejn il-pubblikazzjoni tal-lista ta' derogi u d-data ta' meta ddaħħlu. Awtorizzazzjoni tingħata skont ir-Regolament 4(2) tar-Regolamenti dwar l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq ta' Mediċini (Leġizlazzjoni Sussidjarja 458.34), skont l-Att tal-2003 dwar il-Mediċini (kapitli 458 tal-Liġijiet ta' Malta). L-awtorizzazzjoni hija valida għal 5 snin. Applikazzjoni biex tiġġedded għandha tintbagħat tal-anqas 6 xhur qabel ma tiskadi l-awtorizzazzjoni.