Ħarsa ġenerali​

Tax Warehouse huwa post fejn merkanzija suġġetta għal dazju tista' tiġi prodotta, proċessata, riċevuta, miżmuma u mibgħuta taħt sospensjoni tad-dazju u suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati mid-Direttur Ġenerali (Dwana). L-Authorised Warehouse Keeper huwa kompletament responsabbli biex jopera Tax Warehouse.

​X’ser​ tingħata

L-applikant se jikseb l-awtorizzazzjoni biex jopera Tax Warehouse.

Eliġibbiltà​​

Kull persuna li tixtieq tagħmel kummerċ fuq oġġetti li jħallsu t-taxxa tas-sisa u li huma reġistrati mad-dipartiment tal-VAT.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika