Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Taxxa u Finanzi


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Taxxa u Finanzi > Tassazzjoni > Dwana u Sisa

Dwana u Sisa

  • Entry/Exit Summary Declaration - Applikazzjoni għal System to System User

    Entry/Exit Summary Summary Declaration hija applikazzjoni web-based għad-dikjarazzjoni ta' kull konsenja li tasal jew titlaq fl-ewwel jew l-aħħar port fl-Unjoni Ewropea rispettivament. Is-sistema tipprovdi 3 metodi biex tibgħat id-dikjarazzjoni: jew billi ddaħħal kull konsenja manwalment, ittella' XML file fuq l-internet, jew it-trader's system tikkonnettja mas-sistema tad-Dwana direttament permezz tal-web services . Din tal-aħħar ikollha bżonn perjodu ta' testing fejn in-negozjant ikollu jgħaddi minn testijiet speċifiċi ta' konformità qabel ma jibgħat live data. Id-dettalji tekniċi kollha jinsabu fuq il-websajt tad-Dwana.

  • Internal Administrative Accompanying Document (IAAD)

    Kull moviment ta' oġġett tas-sisa għandu jkun dokumentat b'evidenza, sabiex isservi ta' prova għal verifika. Dan id-dokument, li jista' jitniżżel mill-Att dwar id-Dazju tas-Sisa, jgħin fil-moviment ta' oġġetti tas-sisa bejn żewġ tax warehouses, jiġifieri waqt li l-oġġetti jkunu għadhom taħt sospensjoni ta' dazju tas-sisa.
  • Aċċess għall-Excise Movement Control System

    Negozjanti li jinnegozjaw prodotti bid-dazju u li huma reġistrati fis-sistema tas-SEED jistgħu jitolbu biex jingħataw aċċess għal Excise Movement Control System (EMCS), biex ikunu jistgħu jaċċettaw jew jibgħatu prodotti b'dazju min pajjiż fl-Unjoni Ewropea għal ieħor onlajn.

  • Applikazzjoni għal Authorised Warehouse Keeper u Tax Warehouse

    Tax Warehouse huwa post fejn merkanzija suġġetta għal dazju tista' tiġi prodotta, proċessata, riċevuta, miżmuma u mibgħuta taħt sospensjoni tad-dazju u suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati mid-Direttur Ġenerali (Dwana). L-Authorised Warehouse Keeper huwa kompletament responsabbli biex jopera Tax Warehouse.
  • Applikazzjoni għal Identifikazzjoni tar-Reġistrazzjoni tal-Operatur Ekonomiku (EORI)

    L-għan tas-sistema EORI (Identifikazzjoni tar-Reġistrazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi) huwa li jippermetti lil kull operatur ekonomiku li jinteraġixxi direttament mal-awtoritajiet doganali fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE, biex jiġi provdut b’numru ta' referenza uniku. Dan in-numru ta' referenza huwa validu fl-Unjoni Ewropeja kollha u jservi bħala referenza komuni għall-interazzjoni tal-operatur ekonomiku mal-awtoritajiet doganali ta' kwalunkwe Stat Membru tal-UE.

    Din is-sistema ilha tintuża mill-operaturi ekonomiċi fid-dikjarazzjoni doganali kollha mill-1 ta' Lulju 2009. Dan in-numru jintuża wkoll għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-UE u fejn xieraq, bejn id-dwana u awtoritajiet oħra, pereżempju l-awtoritajiet tal-istatistika.

  • Applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni ta' Operatur ta' Mobile Telephony

    Id-dazju tas-sisa jitħallas fuq top up vouchers u fuq kuntratti ta' bejgħ.
  • Applikazzjoni tar-Remote Access Facility

    Id-Dwana tipprovdi servizz lil negozjanti, fejn ikunu jistgħu jidħlu onlajn f'applikazzjonijiet speċifiċi rigward prodotti ta' importazzjoni, esportazzjoni u merkanzija. Biex ikun jista' jidħol f'dawn l-applikazzjonijiet, in-negozjant għandu jitlob drittijiet ta' aċċess billi juża l-formola tal-applikazzjoni għal Remote Access Facility.
  • Formalitajiet tal-prattika - Opri tal-baħar għar-rikreazzjoni

    L-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni kollha li jivvjaġġaw lejn u minn portijiet mhux tal-UE għandhom jissottomettu l-formoli tal-formalitajiet tal-Prattika tagħhom fl-uffiċċju tad-Dwana fis-Seaport personalment jew bl-email.

  • Konsenjatarju Reġistrat tas-Sisa (ERC)

    Id-Dwana tipprovdi servizz lil kummerċjanti fejn ikunu jistgħu jkollhom aċċess onlajn ta’ applikazzjonijiet fejn jirrigwardaw l-importazzjoni.
  • 1
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026