Ħarsa ġenerali​

Din l-iskema tapplika għal persuni residenti f’Malta li l-età tagħhom fid-data tal-applikazzjoni mhijiex aktar minn 30 sena u li jixtiequ jċedu l-Liċenzja tas-Sewqan tagħhom għall-Kategoriji kollha tal-Vetturi għal perjodu sħiħ ta’ 5 snin. L-iskema għandha tidħol fis-seħħ f’Jannar 2026.
 

L-iskema għandha l-għan li tnaqqas l-għadd ta’ persuni li għandhom u jużaw liċenzja tas-sewqan u, konsegwentement, l-għadd ta’ vetturi li jiċċirkolaw fit-toroq Maltin.
 

L-iskema hija fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, soġġetta għal baġit totali ta’ €5 miljun.

Għal aktar tagħrif: Sustainable Transport Driving Licence Surrender Scheme - Transport Malta

​X’ser​ tingħata

L-applikanti li jikkwalifikaw għal dan l-inċentiv għandhom jirċievu għotja totali ta’ €25,000 f’5 pagamenti ta’ €5,000 kull wieħed skont l-iskeda li ġejja:

Pagament 1
 
Pagament 2
 
Pagament 3
 
Pagamanet 4
 
Pagament 5
Mal-għoti lura tal-liċenzja tas-sewqan wara l-approvazzjoni tal-garnt.Fl-ewwel anniversarju tal-ewwel pagament.Fit-tieni anniversarju tal-ewwel pagament.Fit-tielet anniversarju tal-ewwel pagament.Fir-4 anniversarju tal-ewwel pagament.

 

Eliġibbiltà​​

Biex ikun eliġibbli għal din l-għotja, applikant irid ikun:
 

  • mhux aktar minn 30 sena fid-data tal-applikazzjoni (jiġifieri ma jkunx għadu ċċelebra t-31 sena tiegħu); u

  • resident f'Malta għal mill-inqas 7 snin fid-data tal-applikazzjoni; u


Biex jikkwalifika għall-għotja, l-applikant irid ikollu liċenzja tas-sewqan tal-Kategorija B għal mill-inqas 12-il xahar qabel id-data tal-applikazzjoni:
 

  • li qatt ma ġiet revokata;

     

  • li mhix revokata jew sospiża fid-data tal-applikazzjoni; u
     

  • li għaliha tħallsu kif suppost il-miżati rilevanti stipulati fir-Regolamenti tal-Liċenzji tas-Sewqan mill-ħruġ tagħhom.


Barra minn hekk, l-applikanti m'għandhomx ikollhom liċenzja tas-sewqan minn xi pajjiż mhux tal-UE.


Persuni li, fil-ħin tal-applikazzjoni, iwettqu xi wieħed mir-rwoli elenkati hawn taħt m'għandhomx ikunu eliġibbli għall-għotja taħt din l-iskema, anke jekk jikkonformaw mal-kriterji stipulati hawn fuq:
 

  • Persuni li għandhom intitolament għal karozza misjuqa minn xufier, inklużi dawk li għandhom karigi politiċi u l-konjuġi jew l-imsieħba tagħhom;

  • Uffiċjali Pubbliċi inklużi diplomatiċi li jaħdmu f'missjonijiet barranin bħal ambaxxati jew rappreżentazzjonijiet u l-konjuġi jew l-imsieħba tagħhom; 

  • Individwi li xogħolhom jirrikjedi li jkollhom liċenzja tas-sewqan valida fil-pussess tagħhom.

Kif tapplika​

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2026 u għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti ta’ sostenn stipulati fil-formola tal-applikazzjoni DRV 020. Huwa importanti li l-applikanti jaqraw u jifhmu t-termini u l-kundizzjonijiet kollha applikabbli għal din l-iskema.
 

Persuni li jixtiequ japplikaw għal din l-għotja iżda tilfu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom għandhom ukoll jissottomettu d-dikjarazzjoni VEH 039 biex jitolbu karta tal-liċenzja tas-sewqan ta’ sostituzzjoni qabel jew mal-applikazzjoni tagħhom għall-għotja.
 

Id-dokumenti kollha għandhom jiġu sottomessi bl-idejn fi kwalunkwe wieħed mill-uffiċċji ta’ Transport Malta f’Ħal Lija, Paola jew Għawdex; jew bil-posta lil:

 

Land Transport Directorate - Paola
A3 Towers, Triq l-Arkata, Paola
PLA1212
Malta


Contact Hours -  Contact - Transport Malta

applika