Din l-iskema tapplika għal persuni residenti f’Malta li l-età tagħhom fid-data tal-applikazzjoni mhijiex aktar minn 30 sena u li jixtiequ jċedu l-Liċenzja tas-Sewqan tagħhom għall-Kategoriji kollha tal-Vetturi għal perjodu sħiħ ta’ 5 snin. L-iskema għandha tidħol fis-seħħ f’Jannar 2026.
L-iskema għandha l-għan li tnaqqas l-għadd ta’ persuni li għandhom u jużaw liċenzja tas-sewqan u, konsegwentement, l-għadd ta’ vetturi li jiċċirkolaw fit-toroq Maltin.
L-iskema hija fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, soġġetta għal baġit totali ta’ €5 miljun.
Għal aktar tagħrif: Sustainable Transport Driving Licence Surrender Scheme - Transport Malta