Ħarsa ġenerali​

Permezz ta' din il-formola, l-applikanti jkunu jistgħu jirreġistraw vetturi ġodda u użati.

Għal aktar tagħrif: Registering a Vehicle - Documents required - Transport Malta

​X’ser​ tingħata

Liċenzja tal-vettura, ċertifikazzjoni ta' reġistrazzjoni tal-vettura, liċenzja tat-triq u pjanċi ta' reġistrazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Kull persuna li titlob li jkollha liċenzja ta' vettura ġdida jew użata li tkun importata.

Kif tapplika​

Flimkien ma’: 

i) Polza valida tal-assigurazzjoni. 

ii) Kopja tal-karta tal-identità ta’ xiri (minn quddiem biss). 

iii) Ċertifikat tal-VRT, irċevuta u konferma tat-test. 

iv) VAT 007/2004 form (għall-individwi). 

v) Riżoluzzjoni mill-Bord iffirmata mill-Kumpanija jew mis-Segretarju tal-Bord. 

vi) Rapport mill-inġinier (għal krejn, kit car jew chassis cab). 

vii) Ċertifikat mis-saħħa pubblika (għal refrigerated vans).

viii) Ċertifikat mill-Enemalta (għal bowsers).

 

Ipprintja u ibgħat il-formola mimlija lil:

 

Land Transport Directorate - Paola
A3 Towers, Triq l-Arkata, Paola
PLA1212
Malta

 

Land Transport Office - Gozo

Tiġrija Palazz, Triq Taħt Putirjal, Ir-Rabat Għawdex
VCT1010
Gozo
 

Ħinijiet ta' kuntatt - Contact - Transport Malta

applika