Ħarsa ġenerali​

Formola ta' applikazzjoni biex tikkonverti vettura tat-trasport tal-passiġġieri, mikrija, taxi jew vettura tal-kiri minn garaxx:
 

(K / GK - LY - QZ - GY)
 

Jew it-tipi li ġejjin:
 

(VY - OY - CY - TY - WY - SY - MY)

​X’ser​ tingħata

Ċertifikat emendat ta' reġistrazzjoni ta' vettura biex turi l-kategorija aġġornata tal-vettura bħala vettura privata, u bdil fil-pjanċi tan-numri.

Eliġibbiltà​​

Sidien ta' Trasport Ħfief tal-Passiġġieri u operaturi ta' Taxis Bojod.

Kif tapplika​

Flimkien ma’: 

i) Ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura. 

ii) Licence disc

iii) Il-pjanċi tan-numri. 

iv) L-assigurazzjoni.

 

Ipprintja u ibgħat il-formola mimlija lil:

 

Land Transport Directorate - Paola
A3 Towers, Triq l-Arkata, Paola
PLA1212
Malta

 

Land Transport Office - Gozo

Tiġrija Palazz, Triq Taħt Putirjal, Ir-Rabat Għawdex
VCT1010
Gozo
 

Ħinijiet ta' kuntatt - Contact - Transport Malta

applika