Studenti tas-sitt sena minn skejjel primarji li jattendu skejjel tal-istat, tal-Knisja u indipendenti jistgħu japplikaw għad-dħul fl-iskola Nazzjonali tal-Isport, sakemm l-applikazzjoni tagħhom tkun approvata min-nursery jew klabb affiljat ma’ Federazzjoni jew Assoċjazzjoni Nazzjonali rikonoxxuta.
Il-proċess tal-provi fiżiċi jikkonsisti f’żewġ stadji: trials fl-isport magħżul u test tal-kundizzjoni fiżika. Minbarra l-prestazzjoni sportiva, ir-riżultat akkademiku huwa essenzjali; l-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 50 marka fi tlieta mill-erba’ suġġetti ewlenin (Matematika, Ingliż, Malti jew Malti bħala lingwa barranija, u Xjenza) biex ikunu eliġibbli għad-dħul fl-iskola Nazzjonali tal-Isport. Nuqqas f’suġġett wieħed, ifisser li l-applikant ma jistax jipproċedi bl-applikazzjoni.
Id-dokumenti kollha meħtieġa jistgħu jitniżżlu mis-sezzjoni indikata fuq din l-applikazzjoni u jittellgħu lura minn hawn taħt. Ladarba jiġu sottomessi d-dokumenti mitluba, l-applikanti jirċievu awtomatikament konferma li l-applikazzjoni tagħhom ġiet sottomessa.