Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija > Servizzi Edukattivi > Servizz ta’ Sapport Edukattiv

Servizz ta’ Sapport Edukattiv

  • Reġistrazzjoni tal-Istituzzjoni Edukattiva ta' Edukazzjoni mhux Formali

    L-Istituzzjonijiet Edukattivi jistgħu jagħżlu li jirreġistraw bħala fornituri mhux formali mad-DQSE u jirrispettaw l-istandards tal-kwalità.

  • Seħer l-Istejjer

    Il-programm Seħer l-Istejjer/Magic of Stories huwa maħsub għal tfal minn 4 sa 7 snin u l-ġenituri/kustodji tagħhom. Is-sessjonijiet bla ħlas isiru darba fil-ġimgħa u matulhom jinqraw stejjer b’mod animat u divertenti li jistimulaw l-immaġinazzjoni tat-tfal. Bis-saħħa ta’ ‘Seħer l-Istejjer’ it-tfal irawmu l-imħabba għall-qari u għall-kotba. Is-sessjonijiet ta’ ‘Seħer l-istejjer’ isiru fl-iskejjel primarji kif ukoll libreriji pubbliċi, kunsilli lokali, swali parrokkjali u spazji pubbliċi f’Malta u f’Għawdex. 
     

  • Servizz għal Dawk bi Problemi fil-Vista

    Dawn l-għalliema għandhom ħiliet partikolari u għarfien tad-diffikultajiet fil-vista tal-istudenti. Is-servizz joffri għajnuna kontinwa/fit-tul lill-istudenti, lill-familji tagħhom u lill-iskejjel minn trabi sa Year 11, kemm fid-dar kif ukoll fl-iskola. Huma jgħinu fil-bżonnijiet kurikulari, jagħtu pariri dwar l-użu tat-teknoloġiji assistivi, u jassistu fl-assessjar tal-istudent. Għalliema għal studenti neqsin mis-smigħ jgħinu, fl-ippjanar ta’ programmi individwali u jiddiskutu arranġamenti waqt l-eżamijiet kif ukoll jaġixxu ta’ komunikaturi waqt eżamijiet fl-iskola u dawk nazzjonali.
  • Servizz għal dawk neqsin mis-Smigħ

    Dawn l-għalliema għandhom taħriġ partikulari u għarfien tal-iżvilupp u l-edukazzjoni ta’ studenti b’nuqqasijet fis-smigħ.  Is-servizz joffri għajnuna kontinwa/fit-tul lill-istudenti, lill-familji tagħhom u lill-iskejjel minn trabi sa Year 11, kemm fid-dar kif ukoll fl-iskola. Huma jgħinu fil-bżonnijiet kurikulari, jagħtu pariri dwar l-użu tat-teknoloġiji assistivi, dwar l-akustika fil-klassi, jassistu fl-assessjar tal-istudent. Għalliema għal studenti neqsin mis-smigħ jgħinu fl-ippjanar ta’ programmi individwali u jiddiskutu arranġamenti waqt l-eżamijiet kif ukoll jaġixxu ta’ komunikaturi waqt eżamijiet fl-iskola u dawk nazzjonali.
  • Servizz Għożża

    Dan is-servizz jagħti sapport lil tfajliet li saru ommijiet flimkien mal-ġenituri u l-partners tagħhom. Joffri programmi ta’ prevenzjoni għall-adoloxxenti għax jemmnu fl-importanza tal-edukazzjoni fejn jidħlu relazzjonijiet u esperimentazzjoni sesswali. Dawn il-programmi ta’ prevenzjoni jingħataw lill-istudenti tal-Year 9 u laqgħat informattivi lill-ġenituri tal-istudenti tal-Year 7.
  • Servizz ta’ Kontra l-Abbuż mis-Sustanza

    L-għan primarju tas-servizz huwa li jżomm l-iskejjel ‘il bogħod minn kull forma ta’ sustanza u l-perikli marbuta mal-użu ta’ sigaretti, alkoħol, vaping u drogi, b’ diversi taħditiet informattivi fl-iskejjel ta’ prevenzjoni kif ukoll interventi kif meħtieġ. L-edukaturi kif ukoll il-ġenituri tal-istudenti jistgħu jirreferu għal dan is-servizz. Hemm proċeduri stretti ta’ gwida meta jkun hemm dubji ta’ meta jinstabu s-sustanzi. 
  • Servizz ta’ tagħlim fid-djar

    Dan is-servizz jingħata mill-Year 1 sal- Year 11 lill-istudenti li ma jistgħux jattendu l-iskola għal perjodu ta’ mhux inqas minn tliet ġimgħat konsekuttivi minħabba mard, kondizzjoni medika (sakemm mhix kontaġġjuża) jew korriment. L-istudenti jingħataw servizz edukattiv kompensatorju bl-għan li jimminimizza l-konsegwenzi ta’ assenza mill-iskola billi jingħataw tagħlim kontinwu fil-Matematika, l-Ingliż u l-Malti. Dawk riferuti jeħtieġu ċertifikat mediku u hemm koordinazzjoni konġunta bejn l-iskola u l-għalliema ta’ dan is-servizz sabiex ikun hemm integrazzjoni tajba.
  • Servizzi ta' Pariri

    Il-counsellor joffri sessjonijiet fuq livell individwali, fi grupp jew fil-klassi sabiex jgħin u jsaħħaħ il-kunfidenza, ir-responsabbiltà u l-ħiliet soċjali tal-istudent. L-għajnuna tibda meta l-istudent jibda jmur lura akkademikament, ikollu diffikultajiet fl-imġiba, meta jkun hemm xi problemi ta’ saħħa mentali jew meta l-istudenti   jiftħu qalbhom ma’ xi ħadd fl-iskola u jistqarru xi affarijiet serji.
  • Skema 9

    Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-iSport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni b’kollaborazzjoni mal-Ministeru Għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, qiegħed joffri għajnuna supplimentari lill-istudenti, bl-iskop li titjieb l-esperjenza edukattiva tagħhom fl-iskola.

  • Skema għall-Għajnuna Finanzjarja għaż-Żgħażagħ fl-Attivita Fiżika

    Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni huwa impenjat li jkompli jrawwem stil ta' ħajja aktar b'saħħtu fost iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi promossa l-attività fiżika u l-benesseri. Għal dan il-għan, il-Ministeru ser jerġa jniedi Skema ta’ Appoġġ għall-Attività Fiżika taż-Żgħażagħ.

     

    Din l-inizjattiva issa hija valida għal dawk iż-żgħażagħ imwielda bejn l-2004 u l-2009, sakemm mhux diġà bbenefikaw mill-iskema din is-sena. L-iskema toffrilhom sitt xhur ta’ abbonament b’xejn li jissarfu f’sitt xhur sħubija f’gyms. Is-sistema hija allinjata mal-prijoritajiet nazzjonali għall-promozzjoni tas-saħħa u l-iżvilupp taż-żgħażagħ, u għandha l-għan li toħloq kultura ta’ għarfien dwar is-saħħa fost iż-żgħażagħ, filwaqt li maż-żmien jitnaqsu l-ispejjeż tas-saħħa pubblika.

     

  • 1
  • 2
  • 3
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026