Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Inklużjoni Soċjali > Servizzi u Kura tal-Anzjani

Servizzi u Kura tal-Anzjani

  • Teħid ta’ Demm

    Dan is-servizz jikkonsisti f’teħid ta’ demm lill-individwi u t-trasport tal-kampjuni tad-demm lejn id-Dipartiment tal-Patoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei sabiex jiġu investigati. L-iskop ta’ dan is-servizz huwa li anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobilità jew persuni b’diżabilità, jingħataw dan is-servizz fi djarhom stess.

  • Telecare

    L-għan ta’ dan is-servizz hu li jagħti serħan il-moħħ lill-anzjani, lill-carers u lill-qraba tagħhom meta assistenza tkun meħtieġa fid-dar tal-anzjan, Għalhekk dan is-servizz jinkuraġixxi lill-anzjani jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità.

  • Telecare on the Move

    L-għan tas-servizz Telecare on the Move huwa li jipprovdi lil persuni li jgħixu bid-dimensja d-dritt li jilħqu l-ogħla livell ta' kwalità tal-ħajja tagħhom filwaqt li jkomplu jipprattikaw il-libertà tal-ħajja ta’ kuljum. Dan is-servizz jgħin lil persuni li jgħixu bid-dimensja, li għandhom aktar minn 60 sena, biex jibqgħu jgħixu fid-dar tagħhom u fil-komunità.

  • Telephone Rent Rebate

    L-għan ta’ dan is-servizz hu li jingħatha skont fuq il-kera tal-linja tat-telefown tar-residenza tal-applikant, liema kont jiġi riċevut kull xahrejn. Dan is-servizz huwa mmirat biss għall-anzjani li għandhom is-servizz ta’ telefonija mal-kumpanija GO plc. M’hemm l-ebda skont fuq telefonati magħmula mill-applikant.

  • Testijiet Mediċi b’Xejn għal Kundizzjonijiet tal-Widnejn, Imnieħer u Griżmejn (ENT) u Testijiet tas-Smigħ

    Is-Servzz għal Kundizzjonijiet tal-Widnejn, Imnieħer u Griżmejn (ENT) u Testijiet tas-Smigħ se jippermetti lill-anzjani kollha ta' ‘l fuq minn 65 sena biex jagħmlu testijiet b’xejn għal kundizzjonijiet tal-widnejn, imnieħer u griżmejn, filwaqt li se jiġi offrut ukoll eżaminazzjoni tas-smigħ.

  • Tim ta’ intervent tad-Dimenzja

    Id-Dementia Intervention Team (DIT) jipprovdi servizz fil-komunità lill-persuni bid-dimenzja u lil dawk li jieħdu ħsiebhom. Issir valutazzjoni ħolistika tas-sitwazzjoni tal-persuna bid-dimenzja u ta’ dawk li jkunu qed jieħdu ħsiebha fir-residenza fejn tkun qed tgħix. Wara dan l-assessjar, pjan ta’ kura jiġi mfassal speċifikament għal kull każ. Dan jista’ jinkludi informazzjoni u taħriġ; sapport; pariri dwar is-sigurtà u strateġiji magħmulin kemm għall-persuni bid-dimenzja kif ukoll għall-persuni li jieħdu ħsiebhom. L-għan ewlieni ta’ dawn il-professjonisti jiffoka sabiex il-persuna bid-dimenzja tkompli tgħix b’mod attiv fil-komunità.

  • 1
  • 2
  • 3
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026