Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Inklużjoni Soċjali > Servizzi u Kura tal-Anzjani

Servizzi u Kura tal-Anzjani

  • Respite fid-Dar

    L-għan tas-servizz Respite fid-Dar hu li jipprovdi ftit ġranet ta’ mistrieħ lill-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers). Is-servizz Respite fid-Dar jipprovdi kumpanija, soċjalizzazzjoni u/jew kura personali fir-residenza tal-anzjan. Il-kura personali tinkludi fost l-oħrajn għajnuna biex l-anzjan jinħasel, jilbes, jiekol u bżonnijiet oħra personali.

  • Respite Residenzjali

    L-għan tas-servizz Respite Residenzjali hu li jipprovdi ftit ġranet ta’ mistrieħ lill-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers).

  • Servizz Dijetetiku Domiċiljari

    Is-servizz Dijetetiku Domiċiljari huwa mfassal biex jivvaluta, jiddjanjoża u jittratta problemi ta’ dieta u nutrizzjoni. Dan is-servizz għandu l-għan li jipprovdi aċċess liċ-ċittadini anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobilità, biex jiksbu analiżi komprensiva tad-dieta.
  • Servizz Silver T

    Is-servizz ta’ Silver T jikkonsisti fi transport lokali lil persuni anzjani sabiex ikunu jistgħu jagħmlu il-qadi tagħhom fil-komunità, mingħajr ma joqgħodu jiddependu fuq il-familjari u l-ħbieb tagħhom.

  • Servizz ta' Għajnuna fid-Dar (Home Help)

    L-għan tas-servizz Għajnuna fid-Dar huwa li jagħti sapport lill-benefiċjarji sabiex ikomplu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fil-komunità tagħhom. Is-servizz jara wkoll li jipprovdi appoġġ lill-persuni oħra li jkunu qed joffru kura jew assistenza b’mod informali.

  • Servizz ta’ Handyman

    Is-servizz ta’ Handyman hu mmirat sabiex jagħti assistenza lil anzjani u nies bi bżonnijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fl-istess residenza tagħhom. Dan is-servizz joffri diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fir-residenza ta’ l-applikant. Dawn jinkludu s-servizz ta’ mastrudaxxa; bajjad; plamer; elettriċista; installazzjoni ta’ poġġamani u ġarr ta’ affarijiet minn kamra għall-oħra.

     

  • Servizz ta’ Kontinenza

    Is-servizz ta’ Kontinenza hu immirat li jtaffi problemi psikoloġiċi li għalih anzjan jista’ jkollu minħabba problemi fil-bużżieqa jew fil-musrana li jirriżultaw minħabba f’inkontinenza. L-għan ta’ dan is-servizz hu li jipprovdi appoġġ finanzjarju lil dawn l-anzjani billi jiġu mogħtija prodotti ta’ kontinenza li huma ssussidjati fuq bazi parzjali jew sħiħ

  • Servizz ta’ Psikoterapija

    Il-Psikoterapija tgħin nies li għandhom diffikultajiet fuq livell ta’ mġieba u emozzjonijiet. Permezz tal-psikoterapija, il-persuna tista’ tidentifika u tbiddel dawn l-emozzjonijiet, ħsibijiet, u mġieba bl-għan li jgħixu kwalita’ ta’ ħajja aħjar. Dan is-servizz ta’ psikoterapija jista’ jgħin lill-anzjani li jinsabu fid-djar residenzjali kif ukoll dawk fil-komunita’ sabiex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.

  • Servizzi għall-Anzjani

    Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tipprovdi numru ta' servizzi. Din il-formola ta' applikazzjoni tinkorpora s-servizzi maġġuri offruti mid-direttorat. 

    Dawn jinkludu:

    -
    Active Ageing Centres
    - Home Help Service
    - Respite at Home
    - Respite Residenzjali
    - Handyman Service
    - Telecare
    - Telecare on the Move
    - Telephone Rent Rebate
    - Meals on Wheels
    - Continence Service
    - Domiciliary Nursing
    - Domiciliary Caring
    - Domiciliary Dietitian
    - Skema ta' Carer at Home
    - Tim ta’ intervent tad-Dimenzja
    - Dementia Activity Centre
    - Social Work
    - Night Shelter
    - Dħul f'Dar tal-Anzjani
    - Konsulent tal-Ġerjatrija fil-Komunità
    - Servizz ta' Podjatrija
    - Servizz ta' Fiżjoterapija
    - Servizz ta' Occupational Therapy
    - Servizz ta’ Psikoterapija
    - Kiri ta' sodod b'għoli varjabbli motorizzati lill-persuni eliġibbli li jgħixu fil-komunità
     

  • Skema ta' Carer at Home

    L-għan tal-iskema Carer at Home hi li tipprovdi servizz ieħor fil-komunità. Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern jagħti appoġġ finanzjarju lil dawk l-anzjani li jimpjegaw carer tal-għażla tagħhom biex taqdihom fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum. L-iskema ta’ Carer at Home qed tkun offruta kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

  • 1
  • 2
  • 3
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026