Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Oħrajn


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Oħrajn > Affarijiet Reġjonali > Għawdex

Għawdex

  • Servizz ta' Botanista u Informazzjoni fuq il-Flora ta' Malta (ecoGħawdex)

    Il-Ministeru għall-Għawdex qed joffri lill-pubbliku servizz botaniku mid-Direttorat għal ekoGħawdex. Dan is-servizz joffri għajnunu biex wieħed jidentifika pjanti, arbuxxelli u siġar li nsibu fil-kampanja Maltija, speċjalment dik f’Għawdex. La darba wieħed ikun jaf isem il-pjant, ikun iktar jista’ japprezzaha meta jistħarreg fuqha permess tal-internet jew kotba u jkun jaf l-usanzi u l-karateristici tagħha. Dan is-servizz joffri wkoll informazzjoni ġenerali fuq il-flora u l-abitati naturali li nsibu fil-gżejjer Maltin.

  • Skema ta' Assistenza għal Atleti Għawdxin

    Atleti u sportivi Għawdxin li mhux qed igawdu minn kuntratt professjonali, se jingħataw għajnuna finanzjarja li tnaqqas mill-ispejjeż li jagħmlu biex jivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex minħabba taħriġ u kompetizzjonijiet.
  • Skema ta' Fondi għal Avvenimenti Kulturali (f'Għawdex)

    L-iSkema ta’ Fondi għal Avvenimenti Kulturali f’Għawdex hija miżura tal-Ministeru għal Għawdex għal attivitajiet kreattivi u artistiċi mmexxija mill-komunità f’Għawdex. Hija tipprovdi l-opportunità għall-iżvilupp ta' proġetti artistiċi mmexxija mill-komunità għall-komunità, filwaqt li tiċċelebra d-diversità kulturali. Il-fond qed ifittex li jikkofinanzja proġetti li jinkoraġġixxu parteċipazzjoni kulturali, jippromwovu t-talent lokali u jagħti spinta lill-espressjoni kreattiva tal-komunità jew l-apprezzament tal-identità tagħha.

  • Skema ta' Għajnuna fuq Adozzjoni ta’ Annimali Domestiċi (f’Għawdex)

    Persuni li adottaw annimali domestiċi mit-taqsima tal-Ħarsien tal-Annimali f’Għawdex jistgħu japplikaw għal rimborż tal-provvista tal-ikel mixtri għall-annimali domestiċi.
  • Skema ta' Tqassim ta' Siġar u Pjanti Indiġeni Maltin (f'Għawdex)

    Persuni li għandhom għelieqi f’Għawdex u li huma rreġistrati mal-Front Office Rural Gozo (ex FOPA / IACS) huma eliġibbli biex japplikaw għal din l-iskema
  • Skema ta’ Appoġġ għal Impjiegi ta’ Kwalità u Sostenibbli f’Għawdex

    L-Iskema Sustinable Quality Employment in Gozo se tipprovdi għajnuna, fil-forma ta’ rimborsi parzjali ta’ salarju, lil min iħaddem li jinsab u li għandu indirizz reġistrat f’Għawdex, biex isostni it-tranżizzjoni lejn sostenibbiltà msaħħa ta’ impjieg full-time fuq bażi indefinita:
     

    a) jew ta’ impjegati ġodda bbażati f'Għawdex.

     

    b) jew ta’ persunal ibbażat f’Għawdex, diġà impjegat mal-istess impriża bla waqfien mill-1 ta’ Jannar 2018 'il quddiem u li għalihom min iħaddimhom diġà bbenefika miċ-ċiklu sħiħ ta' 3 snin taħt l-Iskema ta' Gozo Employment Refund Scheme jew Gozo Back-Office Scheme.

     

    Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-websajt tal-Ministeru għal Għawdex permezz ta din il-ħolqa: ghawdex.gov.mt

  • Skema ta’ Appoġġ għal Inizjattivi ta’ Marketing għas-Settur tal-Akkomodazzjoni f’Għawdex

    Din l-iskema għandha l-għan li tappoġġja lill-operaturi tal-akkomodazzjoni f’Għawdex fil-promozzjoni lokali/internazzjonali tal-gżira bħala destinazzjoni turistika, permezz ta’ reklamardiġitali.

    Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-websajt tal-Ministeru għal Għawdex.

  • Skema ta’ Appoġġ għas-Setturi Bbażati fuq l-Għarfien f’Għawdex

    L-iskema se tipprovdi għajnuna lil min iħaddem li joperaw f’setturi ekonomiċi speċifiċi b’għarfien intensiv, fil-forma ta’:

     

    1. Rimborż parzjali tas-salarji għal impjieg full-time fuq bażi indefinita;

    2. jew minn impjegati ġodda, biex iwettqu dmirijiet li jappartjenu mas-settur speċifiku b'għarfien intensiv;
    3. jew ta' persuni diġà impjegati mal-istess impriża mingħajr interruzzjoni mill-1 ta' Jannar 2018 'il quddiem, li jwettqu dmirijiet li jappartjenu għas-settur speċifiku b'għarfien intensiv. F'każijiet bħal dawn, l-eliġibilità hija ristretta għall-impjegati li għalihom min iħaddimhom diġà bbenefika miċ-ċiklu sħiħ ta' 3 snin taħt l-Iskema Gozo Back Office Scheme jew Gozo Employment Refund Scheme;

    4. Rimborż parzjali ta' spejjeż ta' taħriġ/tagħlim/reġistrazzjoni għall-parteċipazzjoni f'taħriġ, konferenzi, seminars, u konvenzjonijiet, li jappartjenu mas-settur speċifiku li juża l-għarfien intensiv, li jseħħ jew online, lokalment, jew barra.

    Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-websajt tal-Ministeru għal Għawdex permezz ta’ dan: ghawdex.gov.mt

  • Skema ta’ għajnuna finanzjarja lil individwi/organizzazzjonijiet sabiex jikru fond li fih jinbnew il-karrijiet jew maskri grotteski għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2027

    Bl-iskop li nkomplu nsaħħu l-Karnival f’Għawdex bħala attività kulturali li tiġbed udjenza minn Għawdex, Malta u barra minn xtutna, u għalhekk anke tagħti kontribut ekonomiku lil Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed iniedi skema li permezz tagħha għandu l-intenzjoni li jassisti lil individwi/organizzazzjonijiet biex jikru fond li jkun jista’ jintuża sabiex fih jinbnew il-karrijiet jew maskri grotteski għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2027.

  • Skema ta’għajnuna finanzjarja għall-Karnival ta’ Għawdex

    Bl-iskop li nkomplu nsaħħu l-Karnival f’Għawdex bħala attività kulturali li tiġbed udjenza minn Għawdex, Malta u barra minn xtutna, u għalhekk anke tagħti kontribut ekonomiku lil Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed iniedi skema li permezz tagħha għandu l-intenzjoni li jassisti lil individwi/organizzazzjonijiet biex jikru fond li jkun jista’ jintuża sabiex fih jinbnew il-karrijiet jew maskri grotteski għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2027.

  • 1
  • 2
  • 3
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026