Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd > Enerġija > Servizzi tad-Dawl u l-Ilma

Servizzi tad-Dawl u l-Ilma

  • Test tal-Elettriku jew Bidla tal-Arloġġ (Formola He)

    Bdil u ttestjar tal-preċiżjoni tal-arloġġ tal-elettriku. Għandha tingħata raġuni għal din it-talba fuq il-formola tal-applikazzjoni. Jekk l-arloġġ jinsab li jkun qed jirreġistra b'mod skorrett, il-konsumatur ikun intitolat għal reviżjoni tal-kontijiet tal-elettriku li jmorru lura sa massimu ta' 5 snin. L-applikant jista' jagħżel li jara t-testing tal-arloġġ. Isir ħlas ta' €70 li jingħata lura jekk wara li jsir it-test, il-meter jinstab li jkun barra mil-limitu ta' kemm jiflaħ bi ±2.5%.
  • Tħassir ta' Permess ta' Direct Debit (Formola Q)

    Din l-applikazzjoni tipprovdi lid-detentur tal-kont bil-possibbiltà li jtemm il-faċilità li jħallas il-kontijiet tiegħu tal-elettriku u tal-ilma permezz ta' direct debit lill-kont tiegħu tal-bank. Jista' jintuża fil-każ li jagħlaq il-kont tal-bankjew fejn id-detentur tal-kont huwa fil-proċess li jittrasferixxi l-kont.
  • Tibdil fis-Servizz tal-Elettriku (Bidla fl-Allokazzjoni Fiżika; Bidla minn/għal Single għal Three Phase) (Formola Be)

    Biex iżżid jew tnaqqas l-enerġija pprovduta lil post jew biex tittrasferixxi l-allokazzjoni fiżika tas-servizz tal-elettriku. Fil-każ ta' trasferiment, servizzi tal-elettriku għandhom jiġu allokati qrib l-entratura tal-post.

  • Tneħħija ta' Arloġġ tal-Ilma (Formola Ċ)

    Il-klijenti li ħerġin minn post u jixtiequ li jiżviluppaw jew iwaqqgħu s-sit, jiskonnettjaw l-ilma u jneħħu l-arloġġ tal-ilma jistgħu japplikaw permezz ta' din il-formola. Is-servizz huwa mingħajr ħlas, imma l-applikant ikun meħtieġ li jħallas dak kollu li hu dovut qabel ma jinħareġ il-kont finali u s-servizz jitneħħa.
  • Verifika ta' Awtorizzazzjoni ta' Ħlasijiet Pendenti (Formola N)

    Id-detentur tal-kont jista' jawtorizza lill-ARMS biex joħorġu d-dettalji tal-kont lil terzi. Dan isir permezz ta' prokura biex tinġabar informazzjoni rigward kull flus dovuti pendenti fuq kont partikolari.
  • Zjarat Mikro-SMEs ta' Gharfien dwar l-Energija u l-Ilma

    L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma ilha toffri servizz kontinwu lill-Mikro-SMEs, jiġifieri intrapriżi li jimpjegaw inqas minn 10 impjegati, billi twettaq żjara qasira fil-bini tal-intrapriża li matulha, valutazzjoni dwar ix-xejriet tal-konsum tal-elettriku u tal-ilma, fl-intrapriża jigu mwettqa. Waqt dawn iż-żjarat, l-uffiċjali tal-EWA jipprovdu informazzjoni imprezzabbli u jagħtu pariri professjonali biex jikkonservaw l-enerġija u l-ilma. Eżempji ta’ mikrointrapriżi bħal dawn huma spiżeriji, ċentri għall-kura tat-tfal, salons tax-xagħar u tas-sbuħija, ristoranti u bars, uffiċji u ħwienet żgħar.
  • Żjarat tad-Djar għall-Għarfien dwar l-Enerġija u l-Ilma

    L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma ilha toffri servizz kontinwu lill-pubbliku billi twettaq żjarat fid-djar li matulhom, isiru valutazzjonijiet dwar ix-xejriet tal-konsum tal-elettriku u tal-ilma fid-djar individwali.
    Matul dawn iż-żjarat, l-uffiċjali tal-EWA jipprovdu informazzjoni imprezzabbli u jagħtu pariri professjonali biex jikkonservaw l-enerġija u l-ilma. Sal-lum, mill-2015, saru iktar minn 4,000 żjara ta' dan it-tip.
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026