Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd > Enerġija > Servizzi tad-Dawl u l-Ilma

Servizzi tad-Dawl u l-Ilma

  • Reġistrazzjoni ta' Bidla ta' Konsumatur - Detentur ta' Kont ta' Deċedut lill-Imsieħba Rreġistrati (Formola G)

    It-trasferiment ta' kont għall-provvista tal-elettriku u ilma minn detentur deċedut ta' kont lis-sieħeb irreġistrat tiegħu. Jista' jkun hemm impatt fuq ir-rati tal-kont billi rati differenti japplikaw skont in-numru ta' persuni li jgħixu fil-post. Huwa importanti li tara li skont ir-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Elettriku kurrenti, l-istess persuna tista' ċċaqlaq biss ir-reġistrazzjoni tiegħu/tagħha minn post għal ieħor darba f'sena.
  • Reġistrazzjoni ta' Bidla ta' Konsumatur (Formola F)

    It-trasferiment tal-kont tal-provvista tal-elettriku u l-ilma għal post partikulari fil-każ ta': bdil tas-sid, meta l-post jingħata lura lis-sid, meta tinxtara proprjetà li diġà għandha provvista ta' dawl/ilma, trasferiment minħabba wirt, u għal skopijiet ta' kiri.
  • Servizz ta' Tneħħija tal-Elettriku (Formola Ce)

    Servizz ta' terminazzjoni. Il-qtugħ ta' provvista u t-tneħħija tal-arloġġ tal-elettriku.

  • Skema biex Tissostni l-Effiċjenza fl-Enerġija u l-Ilma fi ħdan Għaqdiet Volontarji

    L-iskema hija maħsuba biex tgħin lill- Għaqdiet Volontarji li jixtiequ jnaqqsu l-konsum ġenerali tal-enerġija u l-ilma tagħhom billi tipprovdilhom għotja fiskali.

  • Skema għad-Double Glazing għar-Residenti f'Birżebbuġa

    L-iskop ta' din l-iskema hu li jgħin lir-residenti ta' Birżebbuġa l-aktar milquta mill-ħsejjes li joħorġu mill-Port Ħieles. Permezz ta' din l-iskema, ir-residenti jistgħu jibdlu aperturi tal-faċċata li huma qodma u ineffiċjenti, għal dawk li jipprovdi insulazzjoni aħjar mill-ħsejjes.

    L-iskema tinkludi għajnuna finanzjara sa 90% tal-ispejjeż eliġibbli.

  • Skema għal ‘Heat Pump Water Heater’- 2021

    L-iskema tal-‘Heat Pump Water Heaters’ hija amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, bil-ħsieb li tinkoraġixxi l-użu ta’ tagħmir ta’ enerġija effiċjenti fis-settur domestiku. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi), għal użu tat-tagħmir fil-proprjeta’ residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.
  • Skema tal-Pannelli Fotovoltajċi -2020

    L-iskema tal-Pannelli Solari Fotovoltajċi hi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bil-ħsieb li tinkoraġġixxi l-użu tal-enerġija rinovabbli fis-settur domestiku. Din l-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) rigward l-użu tal-pannelli fuq il-proprjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.
  • Skema tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi

    L-iskema tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi hi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bil-ħsieb li tinkoraġġixxi aktar il-ġbir u l-użu tal-ilma tax-xita fis-settur domestiku. Din l-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għall-użu fil-proprjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.

    Din l-iskema ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2026 bl-
    Avviż tal-Gvern 2030 tas-sena 2025
  • Talba għal Aġġornament ta' Kont (Formola J)

    Talba għal kont aġġornat permezz ta' din l-applikazzjoni. Din l-applikazzjoni normalment tintbagħat meta klijent ikollu bżonn qari tal-arloġġ riċenti, li jkollu l-kont f'idejh, jew li jirċievi l-qari attwali tal-arloġġ. Għandu jsir ħlas ta' €2.33 għal kull kuntratt (ilma jew dawl), li trid tħallas għalih mal-kont li jinħareg.
  • Talba għal Kumpens għal Ħsarat mill-Enemalta (Formola CM)

    Talba għal kumpens għal danni kkawżati mill-Enemalta.
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026