Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd > Enerġija > Servizzi tad-Dawl u l-Ilma

Servizzi tad-Dawl u l-Ilma

  • Dikjarazzjoni tan-Numru ta’ Residenti (Formola H)

    L-iskop ta' din il-formola hija biex tirreġistra bidla fin-numru ta' persuni li joqogħdu fil-post. Dawn il-persuni jirċievu sussidju fuq il-konsum tal ilma u kif ukoll eko-riduzzjoni fuq l-elettriku fil-kontijiet tagħhom. ARMS Ltd għandha tiġi mgħarrfa kull darba li jkun hemm bidla fin numru ta' persuni hekk li l-kontijiet wara d-data ta' meta tkun intbagħtet l-applikazzjoni jirriflettu n-numru korrett tal-persuni.

  • Energy Audits għall-Intrapriżi Żgħar u Medji

    Din l-applikazzjoni hija għal intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju sabiex tapplika għal għotja għall-Energy Audit, li ssir taħt id-direzzjonijiet speċifiċi mogħtija fl-Avviż tal-Gvern 237 u 238 tal-2024.

    L-Iskema ta' Promozzjoni ta' Energy Audits f'Intrapriżi Żgħar u Medji hija maqsuma f'2 għażliet, imsejħa Skema A u Skema B. L-Iskema A hija intiża għal intrapriżi li huma elenkati taħt ir-Regolament De Minimis, filwaqt li l-Iskema B hija għal intrapriżi eliġibbli taħt ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija.
  • Għarfien Temporanju ta’ Kerrej (Formola F2)

    Tista' tuża din l-applikazzjoni biex titlob għarfien temporanju ta’ kerrej.
  • Għotja fuq ix-xiri ta' Water Heaters fis-settur domestiku – Sejħa 2025/WH

    Is-sistema ta' għotjiet għal sistemi ta' enerġija rinnovabbli hija amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma sabiex tkompli tħeġġeġ l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli għall-użu domestiku.

    Din l-iskema hija ffinanzjata permezz ta' Fondi Nazzjonali u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għall-użu fuq il-propjetajiet residenzjali tagħhom, kif ukoll għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.

  • Għotja fuq Xiri ta’ Apparat għall-Purifikazzjoni tal-Ilma - SEJĦA 2024/Reverse Osmosis

    L-iskema tar-Reverse Osmosis (RO) hija amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, biex jitnaqqas l-użu ta’ kontenituri tal-plastik użati għall-ibbottiljar tal-ilma, permezz ta’ reverse osmosis u reverse osmosis b’reject water return. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għal użu fil-propjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.

  • Għotja fuq Xiri ta’ Filtru/i tal-Karbonju Attivat - SEJĦA 2025/Skema ta’ Apparat għall-Ilma tal-Vit

    L-iskema tal-Ilma tal-Vit (TW) hija amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, biex jitnaqqas l-użu ta’ kontenituri tal-plastik użati għall-ibbottiljar tal-ilma, permezz ta’ water filtration system. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għal użu fil-propjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.

  • Għotja fuq xiri ta’ Sistemi tal-Enerġija Rinovabbli fis-Settur Domestiku – Sejħa 2024/RES

    L-iskema RES, hija amminstrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u lIlma, bil-ħsieb li tinkoraġġixxi iktar l-użu aħjar ta’ enerġija rinnovabbli, iġġenerata fil-pajjiż. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi), għal użu ta’ tagħmir fil-proprejtà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika, sakemm l-installazzjoni fotovoltajika, m’għandu jkollha l-ebda allokazzjoni attiva ta’ feed-in tariff. Jekk is-sistema fotovoltajika installata jkollha allokata feed-in tariff, il-perjodu ta’ garanzija għandu jkun skadut.
  • Ħlas Lura fuq Water Heater li jaħdem bix-Xemx (Formola Ue)

    Bħala parti mill-isforz kontinwu tagħha biex tappoġġa enerġija nadifa, l-Enemalta plc tagħti xi ħlas lura fuq ix-xiri ta' water heater li jaħdem bix-xemx.
  • Iċċekkja l-Istatus tar-Rapport

    Il-persuna li gieli ghamlet rapport fil passat se tkun tista ticcekja l-istatus tar-rapport.

  • Irrapporta Qtugħ tad-Dawl

    In-nies li ghandhom meter se jibenefikaw billi jekk ikollhom xi problema bih ikunu jistghu jimxu mal-instruzjonijiet li hemm mehtiegha.

  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026