Testmenti Pubbliċi - Riċerka dwar testmenti tista' ssir fuq kull persuna (ħajja jew mejta) biex issir taf jekk tali persuna rreġistratx testment pubbliku. Ir-riċerka ma tiżvelax il-kontenut tat-testment, imma tagħti biss sommarju li fih ikun hemm id-data li fiha sar it-testment, u n-nutar li ppubblika l-istess testment. Il-kontenut tat-testment jista' jiġi muri biss lill-persuna li għamlet it-testment, jew l-eredi tagħha/tiegħu.
Testmenti Sigrieti- Wieħed jista’ wkoll jikseb informazzjoni rigward testmenti sigrieti ta' persuni mejta. Dawn it-tip ta' testmenti huma depożitati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja). Wara li persuna tapplika, l-applikant jiġi mgħarraf bir-riżultat tat-tfittxija, u jekk ir-riċerka tkun pożittiva, avukat jew nutar jista' jagħmel talba biex it-testment sigriet jiġi ppubblikat.
Ta’ min wieħed jinnota li r-riċerki dwar testmenti pubbliċi jinħadmu mit-Taqsima tar-Riċerki filwaqt li r-riċerki dwar testmenti sigrieti jinħadmu mis-Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja fi ħdan il-Qorti Ċivili.